Read in English.
Mil-lum it-Tlieta, kuljum fl-10.10am, TVM se jerġa’ jibda jxandar Pudinu u Sħabu, sensiela mmirata għat-tfal ippreżentat minn Julie Pomorski u l-karattru ta’ Pudinu li fl-ewwel programm se jkun jinsab fin-North Pole.
Gianluca Bezzina mhux biss huwa kantant, iżda wkoll tabib u waqt dan l-ewwel programm li se jixxandar illum it-Tlieta se jkun qed jispjega fid-dettal dwar l-immune system.
Glenn the Magic Man ukoll se jkun f’dan il-programm biex jagħmel ftit maġija.
Titwassal ukoll rokna informattiva bl-isem ta’ Kont Taf? b’kurżitajiet dwar in-North Pole, filwaqt li l-għalliema Marilyn Grima tisppjega lit-tfal tagħrif dwar in-nutrizzjoni.
L-Erbgħa l-programm se jkun jitratta l-Awstralja filwaqt li l-Ħamis se jkun dwar Il-Ħela u l-Ġimgħa mbagħad jitratta Il-Volontarjat.
Mill-ġimgħa d-dieħla Pudinu jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa, dejjem fl-10.10am.

Pudinu u Sħabu kien beda jixxandar oriġinarjament f’Jannar 2017. Il-programm għandu produzzjoni ta’ Media Centre, bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Stefan Bonanno, mużika ta’ Augusto Cardinali u muntaġġ ta’ Sarah Salafia.