Pudina tat-tin imqadded

Ingredjenti

200g tin imqadded imqatta’ fin kemm tista’

200g frak tal-ħobż

100g zokkor

100g konfettura qoxra tal-larinġ

4 bajdiet imħabbtin

Metodu

Ħallat flimkien l-ingredjenti kollha. Il-bajd imħabbat għandu jgħaqqadlek kollox.

Ħu bieqja tajba li se tagħmel il-pudina fiha u idlikha tajjeb bil-butir. Imliha imma ħalliha nieqsa xi 3cm mix-xifer. Għattiha b’karta strazza midluka u wara poġġiha f’sarvetta u orbotha tajjeb biex ma tinħallx waqt is-sajran.

Għalliha għal madwar sagħtejn biex tilħaq issir tajjeb.

Jekk tiggosta, qabel isservi, roxx xi tip ta’ liqueur fil-wiċċ.

Tista’ sserviha sħuna jew kiesħa.