Pudina tal-Milied

Ingredjenti

2 mgħaref għasel iswed

750g frott niexef imħallat

kuċċarina ġinġer mitħun

2 kuċċarini spice

175g frak tal-ħobż ismar frisk

75g dqiq plain

200g butir mhux mill-friġġ

3 bajdiet imħabbta

qoxra maħkuka u l-meraq ta’ larinġa

kwart ta’ pinta rum  (jekk trid)

Tuffieħa kbira maħkuka

Metodu

Ħallat flimkien il-frak tal-ħobż, id-dqiq, il-butir u l-qoxra u l-meraq tal-larinġa.

Wara ħallat il-frott niexef mal-ispices, l-għasel iswed, il-bajd, it-tiffieħa u r-rum.

Issa ħawwad tajjeb flimkien l-ingredjenti kollha.

Idlek bil-marġerina jew bil-butir l-iskutella li se ssajjar fiha.  Poġġi t-taħlita fl-iskutella, illixxa l-wiċċ u  għatti tajjeb b’karta strazza doppja biex ma jidħollokx ilma waqt li ssajjarha.  Orbot bi spaga u għalli għal 3 – 4 sigħat.

Ta’ min ikun jaf li l-pudina għandha tissajjar xi jiem qabel il-Milied biex toqgħod u b’hekk ikollok riżultat aħjar.