Pudina tal-Milied (bla xaħam)

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Ingredjenti:

  • 2 mgħaref għasel iswed
  • 750gr frott niexef imħallat
  • Kuċċarina ġinġer midħun
  • 2 kuċċarini spice
  • 175gr frak tal-ħobż ismar frisk
  • 75gr dqiq plain
  • 3 bajdiet imħabbta
  • Qoxra maħkuka u l-meraq ta' larinġa
  • 125ml rum 

Metodu:
1.         Ħallat il-frott niexef mal-ispices, l-għasel iswed, il-bajd u r-rum .
2.         Ħallat flimkien il-kumplament ta' l-ingredjenti. Ħawwad tajjeb. Idlek bi ftit marġerina l-iskudelli.
3.         Imla l-iskutelli bit-taħlita u llixxa l-wiċċ. Agħtti l-iskudelli b'biċċa karta oljata u orbot bi spaga. Għalli għal 3 – 4 siegħat.
Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK