Riċetta u ritratti: Tanya Zammit
Ingredjenti
meraq ta’ 4 larinġ
qoxra ta’ larinġa mqattgħa rqiqa
225g zokkor
500g ross Arborio
3 mgħaref cornflour
100ml jogurt plain
2 abjad tal-bajd
kuċċarina kannella
litru u nofs ilma.
Għall-wiċċ
1 larinġa
I mgħarfa zokkor
2 mgħaref ilma
3 mgħaref icing sugar
Metodu
Poġġi l-ilma u z-zokkor u l-qoxra tal-larinġa mqattgħa ġo borma u ħallihom isiru għal 30 minuta.
Żid ir-ross.
Żid il-cornflour mal-meraq tal-larinġ u żidu mat-taħlita tar-ross. Baxxi n-nar u ħallih isir sakemm il-likwidu jinxtorob. Ħawwad minn ħin għall-ieħor u wara ħallih jiksaħ.
Fil-food processor itfa’ l-abjad tal-bajd u agħmlu xkuma, żidu mat- taħlita tar-ross, żid il yogurt u l-kannella.
Ħawwad kollox flimkien.
Idlek reċipient bil-marġerina u ferrex it-taħlita ġo fih.
Aħmi għal 40 minuta ġo forn diġà msaħħan fuq 180˚Ċ.
Għall-wiċċ
Qatta’ larinġa fi slajsis u poġġihom ġo kazzola ma’ 2 mgħaref ilma u mgħarfa zokkor fuq nar baxx għal 5 minuti.
Ferrex l-icing sugar fuq il-pudina kiesħa u żejjen il-wiċċ bi slajsis tal- larinġ.