Temperatura tal-forn: 180˚C, 350˚F
Ingredjenti
400g ħobż
550 ml ħalib
400g sultana
2 mgħaref għasel
mgħarfa u nofs trab tal-custard
bajda waħda
kwart ta’ kuċċarina kannella
kwart ta’ kuċċarina msiemer tal-qronfol
kwart ta’ kuċċarina mixed spice
mgħarfa kokkotina
qoxra tal-mandolina
qoxra ta’ larinġa
Metodu
Xarrab il-ħobż fil-ħalib.
Għaffeġ tajjeb il-ħobż mal-ħalib.
Żid l-ingredjenti kollha u ħawwad tajjeb.
Idlek dixx tawwali tal-forn bi ftit marġerina.
Poġġi t-taħlita tal-pudina fid-dixx u llixxa l-wiċċ.
Aħmi għal madwar siegħa u kwart.