Pudina tal-ħobż bit-togħma tal-karamel

Ingredjenti

6 slajsis ħobż niexef maqtugħ b’kubi ta’ 1ċm

tazza misħun

tazza ppakkjata sew ta’ zokkor ismar

4 bajdiet kbar, ftit imħabbta

2 tazzi ħalib sħun

nofs tazza zokkor abjad

nofs kuċċarina estratt tal-vanilla

nofs kuċċarina kannella

niskata melħ

Metodu

Poġġi l-ħobż fid-dixx tal-forn li tkun dliktu bil-butir.

Dewweb iz-zokkor ismar fil-misħun u ferragħ fuq il-ħobż.

Ħallat flimkien l-ingredjenti l-oħra u ferragħ fuq il-ħobż.

Aħmi fil-forn għal 180˚Ċ (350˚F) għal siegħa jew sakemm meta ddaħħal sikkina f’nofs il-pudina toħroġ nadifa.