Publju, il-Prinċep tal-gżira fil-qalba ta’ ċentru turistiku

Jekk se tkun qrib Buġibba nhar is-Sibt li ġej waranofsinhar, se jkollok l-opportunità tesperjenza l-Festa ta’ San Publju fis-sajf iċċelebrata mill-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta, għaqda volontarja li tieħu ħsieb iżżomm ħaj il-kult u d-devozzjoni lejn dan il-qaddis.

Għall-ħabta tal-5pm il-lanċa bl-istatwa ta’ San Publju u dawk preżenti, titlaq mill-Moll ta’ Buġibba sal-Gżejjer ta’ San Pawl fejn hemmhekk issir quddiesa.

Hekk kif l-istatwa tasal lura l-Moll ta’ Buġibba għall-ħabta tat-8.30pm, issir manifestazzjoni bl-istatwa, akkumpanjata mill-Banda u r-relikwa sal-Pjazza ta’ Buġibba, fejn hemmhekk, fil-qalba taċ-ċentru turistiku tinqara l-kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali.

Is-saċerdoti Patri Victor Paul Farrugia O. Carm, l-Arċipriet tal-Furjana l-Kanonku Charles Cini, u l-Kappillan tal-Qawra Patri William Bartolo OFM Konv. se jmexxu l-funzjoni.

Dawk interessati jistgħu jibbukkjaw post permezz tal-imejl: publjumlt@gmail.com jew billi jċemplu fuq 79059571 jew 79372709.

Tistgħu wkoll issegwu l-paġna tal-għaqda fuq Facebook: Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta.