Pubbliċità għall-baġit swiet €200,000

Il-pubbliċità għall-baġit 2016 swiet lill-Gvern madwar €200,000.
Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli.
Huwa qal li ċ-ċifra tkopri spejjeż marbuta ma’ filming, editing, dwal, sound, produzzjoni ta’ avvizi informattivi fuq gazzetti, televizjoni, radju u internet, konferenzi tal-aħbarijiet u loġistika relatata. Din l-ispiża kienet €19,440 jew 9% inqas mill-ispiħa fuq il-kampanja ta’ informazzjoni dwar il-baġit 2015.
Il-Prim Ministru qal li x-xogħol sar wara li nkisbu kwotazzjonijiet minn Force 5, webee, Que Sound, Nexos, TEC, HALO, AF Signs, Matthew Cesareo, Aaron Briffa, Centrecom, Vintage Concepts, Ikona Artworks u PBS. Ix-xogħol ingħata skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern, wara li intalbu kwotazzjonijiet.
Muscat sostna li l-ispiża kienet 48% anqas mill-ispiża minfuqa mill-amministrazzjoni preċedenti għall-kampanja għall-baġit 2013 meta ntefqu €385,322.