Psikologu ta’ fama internazzjonali jħarreġ lill-ħaddiema tas-Sedqa

Il-psikologu ta’ fama internazzjonali, Dr Matthew Berry, qed iħarreġ lill-ħaddiema tal-Aġenzija Sedqa.
Waqt li attenda dan it-taħriġ, il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, qal li dan hu eżempju kif il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) hi kommessa li tara li l-ħaddiema tagħha jkollhom żvilupp kontinwu fil-karriera professjonali tagħhom.
It-taħriġ kien diġà ntalab minn numru ta’ ħaddiema kienu diġà attendew kors ta’ taħrig minn Dr Berry f’OASI f’Għawdex.
It-taħriġ se jkun mifrux fuq tlett ijiem matul Awwissu u se jiffoka fuq il-vizzji tal-logħob, il-prevenzjoni u l-użu tal-kokaina u tad-drogi sintetiċi.
Dr Matthew Berry, Awstraljan, jipprovdi konsulenza, taħriġ u servizzi kliniċi kemm lil individwi kif ukoll lil organizzazzjonijiet.
It-taħriġ li qed jingħata lill-ħaddiema ta’ Aġenzija Sedqa hu ffinanzjat mill-kumpanija Kindred.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott