Psikologi u Psikoterapija: Dekan imħasseb

Id-Dekan tal-Fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta' Malta, Andrew Azzopardi, qal li jinsab konċernat dwar l-implikazzjonijiet tal-abbozz ta' liġi dwar il-professjoni tal-psikologi għall-psikoterapija li kienet mressqa fil-Parlament.
Fi stqarrija, Azzopardi qal li l-abbozz huwa maħsub biex jirregloarizza l-psikoterapija (psychotherapy) b’tali mod li psikoterapisti (psychotherapists) biss ikunu jistgħu jwettqu din it-terapija.
Skont Azzopardi, dan joħloq kunflitt mall-Att tal-Psikoloġija tal-2004 li jgħid li psikologi (psychologists) jistgħu jwettqu interventi therapewtiċi. Id-Dekan qal li psikoterapija hija waħda mill-għodda li psikologu jista’ juża’ fil-professjoni tiegħu.  
Fl-istqarrija, Azzopardi qal li fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti u f’Malta, il-psikoterapija hija parti mit-taħriġ ta’ ħafna psikologi. Semma kif l-psikologi huma mħarrġa biex jgħarfu diversi problemi tas-saħħa mentali u fiżikali.
Id-Dekan kompla jispjega li  l-psikoloġi jużaw waħda jew aktar mit-teoriji tal-psikoterapija bħala gwida biex jifhmu lill-klijenti tagħhom u jgħinuhom bil-problemi tagħhom.
Andrew Azzopardi qal li jekk jgħaddi l-abbozz ta' liġi kif jidher bħal issa, se jkun hemm konsegwenzi serji għall-professjoni tal-psikologi kif ukoll ikun hemm riskju għall-pazjenti.
 Id-Dekan appella lill-awtoritajiet biex jwettqu t-tibdil neċessarju fil-liġi proposta.
Il-Kamra tal-Psikologi Maltin (MCP) kienet ħarġet stqarrija flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Psikoterapisti Maltin (MAP) biex tqajjem l-oġġezzjonijiet tagħha dwar l-istess abozz tal-liġi.   
L-MCP qalet li filwaqt li taqbel li jkun hemm regolarizzazzjoni għall-professjoni, il-liġi proposta tinkuludi fiha attentat biex tirregolarizza l-psikoterapija. Qalet li dan jista’ iwaqqaf lill-psikologi milli jipprattikaw il-psikoterapija b’mod ħieles.
Il-Kamra semmiet il-proposti tagħha mal-Ministru Farrugia u mal-Ministru Falzon, iżda saħqet li dawn il-laqgħat sfaxxew fix-xejn. Dan minħabba li allegatament ġew injorati mill-istess Ministri. Qalet li jekk it-tħassib ikompli jaqa’ fuq widnejn torox, ma jkollhomx għażla għajr li jikkonsidraw azzjoni industrijali.
Il-Kamra stqarret li l-psikologi huma mħarrġa fil-psikoterpija kif ukoll intervenzjonijiet psikoloġiċi oħra. Żiedet tgħid li bl-ebda mod mghandu jkun hemm kundizzjonar fuq kif, meta, jew ma’ min il-psikologi jipprattikaw l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom.
Il-psikologi qalu li jħossu li dan l-abbozz qed jipprova jagħmel monopolju fuq l-irwoli fis-settur pubbliku, bil-possibiltà li d-deskrizzjoni tal-irwoli tiġi reklamata għall-impjieg esklussiv ta’ psikoterapisti. Bil-konsegwenza ta’ dan, il-psikologi ma jkunux jistgħu japplikaw għal dawn ix-xogħlijiet.