Psikjatra se jixhed fuq l-istat mentali ta’ raġel akkużat bi stupru ta’ minorenni

Read in English.

Psikjata li qed jitratta raġel li qed jistenna li jinstema’ l-każ tiegħu quddiem il-Qorti wara li stupra tifla taħt l-età mistenni jixhed fuq l-allegazzjonijiet li għamel l-akkużat.

Robert Rodenas, ta’ 49 mis-Swieqi, kien akkużat li stupra tifla lura fl-2017 meta din tpoġġiet taħt il-kustodja tiegħu. Ir-raġel iltaqa’ mal-vittma permezz ta’ Facebook u ommha ddeċidiet li hu kien kapaċi biżżejjed biex jieħu ħsiebha.

Fir-rikors tiegħu quddiem il-Qorti Kriminali, l-akkużat qal li hu jsofri minn dipressjoni u ansjetà u talab li jkun appuntat espert tal-Qorti biex janalizza l-istat mentali tiegħu, kemm bħalissa, kif ukoll fiż-żmien li għamel id-dikjarazzjonijiet tiegħu lill-pulizija. L-Avukat Ġenerali kien oġġezzjona għal din it-talba u argumenta li l-ebda espert mediku ma jista’ jistabbilixxi l-kundizzjoni psikjatrika ta’ persuna tliet snin wara li seħħ il-każ.

L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera nnutat li l-akkużat kien qal li kien hemm żewġ rekordings u d-dikjarazzjonijiet kollha tiegħu li ma kinux ammissibbli fil-Qorti għax ittieħdu qabel ma hu kien ikkonsulta ma’ avukat u mingħajr il-preżenza ta’ avukat waqt l-interrogazzjoni.

Il-psikjatra li qed jitratta lir-raġel bħalissa se jkun qed jintalab jitla’ jixhed, kif ukoll psikjatri oħrajn li setgħu trattaw lir-raġel fil-passat.

Il-Qorti rriservat id-dritt tagħha li tiddeċiedi dwar it-talbiet li saru fi stadju aktar tard tal-proċedimenti.