​PSG wara l-firma ta’ Sanchez

Il-klabb Franċiż ta’ Paris St Germain għadhom ma tilfux l-interess illi jakkwistaw is-servizzi taċ-Ċilen ta’ Arsenal Alexis Sanchez.
Dan tal-aħħar ilu jissemma ma’ diversi klabbs madwar l-Ewropa u jiskadilu l-kuntratt mal-Gunners f’Ġunju li ġej.
L-iskop ewlieni tal-Pariġini huwa li Sanchez jingħaqad magħhom b’xejn sa mis-sajf illi ġej hekk kif il-kowċ Unai Emery qed jarah kollega ideali ma’ Neymar u Mbappe.