PSG lesti jneħħu lil Cavani u jġibu lil Sanchez

Paris St Germain qed jippreparaw offerta ta’ €25 miljun sabiex jiksbu l-firma tal-attakkant Ċilen ta’ Arsenal Alexis Sanchez. Dan tal-aħħar qed jiġi mfittex minn ħafna klabbs kbar Ewropej inkluż Manchester City illi wkoll jinsabu ħerqana li jakkwistaw is-servizzi tiegħu.
Sadanittant PSG qed jaħsbu biex ibigħu lil Edinson Cavani ħalli jaqilgħu l-flus biex bih ikunu jistgħu jattiraw liċ-Ċilen ta’ 29 sena.
Sanchez ser jiskadilu l-kuntratt mal-Gunners fl-aħħar ta’ dan l-istaġun għalkemm bosta kritiċi qed isostnu illi l-ġranet tal-plejer fl-Emirates Stadium tista’ tgħoddhom fuq subgħajk.