​PSG jixħtu ħarsithom fuq Andrea Belotti

Hekk kif jidher imminenti t-tluq ta’ Kylian Mbappe minn Monaco għal ma’ PSG, id-diriġenti tal-klabb minn Ligue 1 qed jaħsbu għal attakkant ieħor u l-għażla waqgħet fuq it-Taljan Andrea Belotti ta’ Torino. Skont La Gazzetta dello Sport, Monaco għandhom ippreparat ċekk ta’ €100 miljun li jiġi ffirmat kemm-il darba Mbappe jingħaqad mal-Pariġini.
Belotti huwa attakkant pur illi skorja 38 gowl ma’ Torino fis-sentejn illi ilu magħhom. 
Jekk ma jkunx hemm ftehim ma’ Belotti, Monaco jistgħu jduru fuq iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena ta’ Ajax, Kasper Dolberg.