PSG iridu lil Mourinho

Il-klabb multi-miljunarju ta’ Paris St Germain ser jipprova jikkonvinċi lil Jose Mourinho sabiex hekk kif jispiċċalu l-kuntratt ma’ Manchester United, jingħaqad magħhom. 
Il-gazzetta Ingliża The Sun saħansitra qed tgħid illi l-Franċiżi ser jippruvaw jikkonvinċu lil The Special One sabiex jingħaqad magħhom sa mill-istaġun illi ġej. 
Għalkemm l-United qed jgħidu illi Mourinho ser iġedded il-kuntratt mar-Red Devils, il-Portugiż qed isostni illi jixtieq esperjenza ġdida ma’ tmiem il-kuntratt mal-club Ingliż. 
Min-naħa l-oħra l-Pariġini huma determinati illi jkomplu jkunu forza fl-Ewropa u għalhekk illi qed ifittxu kowċ ta’ ċertu isem.