Pruvaw idaħħlu d-droga f’kontejner tal-ikel; sitt snin ħabs

Fl-Ingilterra, żewġt irġiel Olandiżi ġew ikkundannati sitt snin ħabs wara li nstabu ħajta li fl-2016 pruvaw jitraffikaw nofs tunnellata kannabis li s-somma tagħhom tammonta għal madwar £5 miljun f’żewġ kunsinni ta’ ġobon maħkuk, insalata u affaraijiet oħra relatati mal-ikel.

Dominic Leeman ta’ 29 sena u Henrik Ruben ta’ 30 sena nstabu ħatja wara li għaddew ġuri, Ruben ġie kkundannat sitt snin ħabs filwaqt li Leema ħames snin u nofs.

Waqt il-ġuri sar magħruf li huma pruvaw idaħħlu d-droga taħt l-isem tal-kumpanija Bertus Foods li hija magħrufa aktar bħala Global Foods. Kelliema għan-National Crime Agency (NCA) qalet li ż-żewġ persuni kienu parti minn organizzazzjoni akbar. Huma kienu jibagħtu l-kkonsenja u meta tasal ineħħu l-kannabis u jerġgħu jippakkjaw il-ġobon biex jerġa’ jintbagħat lura ħalli jerġa’ jintuża.

Il-kelliema żiedet li bejniethom iż-żewġ persuni kienu jużaw kodiċi biex jinftehmu madankollu l-pulizija tinterċetta t-telefonati u tasal għal dak li kienu qed jgħidu.