​Provvista tal-ilma għal xahar jekk ifalli l-akbar impjant tar-reverse osmosis – WSC

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) qalet li f’każ li jfalli l-akbar impjant tar-reverse osmosis, il-Korporazzjoni tista’ tiggarantixxi aktar minn xahar forniment ta’ ilma.
Fi stqarrija, il-WSC qalet li kien qed jiġi ċċirkolat fuljett fuq il-midja soċjali li kien jgħid li “l-ilma f’Malta hu skars u li f’każ ta’ ħsara fl-impjant tar-reverse osmosis, ir-riżerva tal-ilma hija biss ta’ jumejn.” Skont il-WSC, din l-informazzjoni hija “kompletament skorreta”.
Il-WSC saħqet li għalkemm hawn nuqqas ta’ riżorsi naturali tal-ilma f’Malta hawn tliet impjanti tar-reverse osmosis. Fl-istqarrija, l-WSC żiedet tgħid li f’każ ta’ ħsara f’impjant sħiħ, il-faċilitajiet l-oħra jagħmlu tajjeb għal din il-ħsara billi jinżamm livell għoli ta’ produzzjoni.