Provaw jaħarqu l-bieb tal-uffiċċju ta’ Beppe Fenech Adami

Il-Partit Nazzjonalista esprima solidarjetà mad-deputat Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami wara li xi ħadd mhux magħruf prova jwettaq att vandalu ta’ ħruq, mal-uffiċċju tiegħu f’Birkirkara.

Il-Partit qal li min qed jagħti kontribut lil pajjizu ħaqqu kull rispett u mhux atti kodardi.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident li seħħ illum għall-ħabta tan-12:30pm.