Filmat: Prova oħra pożittiva għal Destiny

Illum fil-Bulgarija Destiny kellha t-tieni prova qabel is-serata finali tal-Junior Eurovision tas-Sibt li ġej.
Fil-prova għal darba oħra, il-kantanta Maltija reġgħet ħarġet bi grinta fil-vuċi u b’enerġija qawwija fuq il-palk.
Il-viżwali din id-darba komplew jiġu rfinuti waqt li żdiedet ukoll fjamma ta’ nar li fil-prova ta’ llum telgħet wara Destiny fi tmiem il-kanzunetta.
Filmat u Ritratti: EBU