Prova jisraq karozza; jinżamm arrestat

Luke Zerafa

Read in English.

Raġel ta’ 29 mill-Ħamrun wieġeb mhux ħati meta tressaq quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, fejn ġie mixli b’attent ta’ serq ta’ vettura.

Huwa kien akkużat li prova jisraq vettura tat-tip Opel Astra mill-Kottonera filgħodu. Huwa ġie akkużat ukoll li għamel ħsara fuq propjetà ta’ ħaddieħor u serq.

Ir-raġel ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u nżamm arrestat.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Eman Hayman filwaqt li l-avukat tal-għajnuna legali Joe Brincat deher għall-akkużat.