Prova jisraq il-kumpanija li tħaddmu; ħelsien mill-arrest

Raġel ta’ 38 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest. Huwa qed jiġi akkużat li bejn Mejju u Ġunju ħa flus ta’ kumpanija li jaħdem magħha.

Il-kumpanija li magħha kien jaħdem l-akkużat kellha tirċievi xi flus mingħand il-klijenti tagħha dwar xogħol ta’ reklamar li kienet għamlet. Jidher li l-kumpanija qatt ma rċeviet il-flus li kellha tieħu minħabba li l-akkużat biddel in-numru tal-kont tal-bank tal-kumpanija ma’ tiegħu.

L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €1,000.