“Prova jattakkani u ridt nipproteġi lili nnifsi. Ħsibtni se mmut…”

Libjan inħeles mill-akkuża li pprova joqtol lil Libjan ieħor fuq argument dwar is-sitwazzjoni fil-Libja. Fil-qorti il-vittma qal li l-akkużat prova jattakkah u hu ried jipproteġi lilu nnifsu għax ħaseb li se jmut. Fil-verdett tagħha l-Qorti qalet li r-raġel ta’ daqqiet b’arma taqta u bil-ponta biex jiddefendi lilu nnifsu.

Il-każ imur lura għal Jannar, 2016 meta żewġ Libjani daħlu f’appartament ta’ żewġ Libjani oħra u kien hemm konfrontazzjoni bl-akkużat jagħti daqqiet ta’ arma taqta’ u bil-ponta, bir-riżultat li ħalla lil-Libjan fil-periklu tal-mewt.

L-akkużat qal li waqt l-argument, il-vittma tah daqqa b’xi ħaġa tal-metall qabel ma ħareġ sikkina. Jidher li matul dan l-argument, huma spiċċaw jiġġieldu mal-art.

Il-vittma kien akkużat li fera lil wieħed mill-agressuri u li kien qed iġorr arma taqta’ mingħajr il-permess tal-pulizija. Huwa weħel 20 xahar ħabs.

Il-maġistrat qalet li minn dak li semgħet dwar kif ġraw il-fatti l-akkużat kien iktar kredibbli mill-vittma u għalhekk illiberatu mill-akkuża li pprova joqtol lill-vittma.