Read in English.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li se jkun is-settur edukattiv li hu ‘highly-unionised’ li se jiżgura li l-protokoll tal-coronavirus jiġi segwit hekk kif l-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja se jibdew jilqgħu l-ewwel studenti minn nhar l-Erbgħa li ġej.
Meta kien qed jitkellem fil-ftuħ tal-Parlament waqt l-ħin tal-mistoqsijijiet Bonnici qal li l-unjins se jkunu viġilanti biex jissalvagwardjaw is-saħħa tal-membri tagħhom.
Fuq mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Maria Deguara, il-Ministru qal li l-Ministeru għandu r-regolaturi tiegħu li jaħdmu b’mod indipendenti minnu u mis-segretarju permanenti tiegħu.
“Mingħajr din il-viġilanza kollha, ma nkunx f’pożizzjoni li niftħu l-iskejjel għax ikollna nagħlquhom wara ftit ġranet,” spjega Bonnici.
Hu qal li jemmen li l-aħjar post għat-tfal hu fil-klassijiet iżda fid-dawl ta’ dan iċ-ċirkustanzi, id-deċiżjoni diffiċli qed tħalla f’idejn il-ġenituri jekk jibagħtux it-tfal l-iskola jew le.
Bonnici appella lill-ġenituri biex ma jagħmlux l-għażla li ma jibagħtuhomx l-iskola sakemm ma jkunx hemm kundizzjonijiet ulterjuri.