“Protezzjoni tal-immigranti prijorità għal-Libja” – MEPs

Il-Parlament Ewropew qal li l-isforzi tal-Unjoni Ewropea dwar il-Libja għandhom jiffokaw fuq il-protezzjoni tal-immigranti.
L-MEPs Ewropew sostnew li l-pjan tan-Nazzjonijiet Maqgħuda huwa l-uniku soluzzjoni viabbli, fejn iridu jitkissru ċ-ċrieki li jittraffikaw lill-persuni.
Sostnew li l-Libja għandha bżonn gvern b’appoġġ nazzjonali għax il-Libjani għandhom dritt jiddeċiedu dwar il-futur ta’ pajjiżhom.
Ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Libja għaddiet bi 486 vot favur, 150 kontra, u 44 astensjoni.