Protesti vjolenti fi Spanja kontra l-awsterità

Eluf ta’ persuni qed jipprotestaw fi Spanja kontra l-miżuri t’awsterità, liema dimostrazzjonijiet sfaw imtapna bil-vjolenza.
Diversi żgħażagħ waddbu oġġetti fid-direzzjoni tal-Pulizija li dawn irrispondew billi arrestawhom.
Id-dimostranti qed jipprotestaw f’Madrid minħabba diversi kwistjonijiet fosthom il-qgħad, il-faqar u l-korruzzjoni.
Il-Gvern Spanjol ta’ Mariano Rajoy qed ikun mitlub biex ma jħallasx lura d-dejn iżda minflok jaħdem aktar biex jiġu mtejba l-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni.
Hu rrappurtat li huma diversi d-dimostranti li qed jaslu fil-kapitali Madrid, anke bil-mixi, bil-għan li jsemmgħu il-vuċi tagħhom.