Protesti kbar f’Hong Kong f’għeluq it-22 sena mill-ħakma Ċiniża

Terġa’ tiżdied it-tensjoni bejn ic-Ċina u Hong Kong hekk kif eluf niżlu fit-toroq ta’ Hong Kong jipprotestaw biex ifakkru t-22 anniversarju mindu it-territorju għamel il-qalba minn taħt l-Ingliżi għal ħakma Ċiniża.

Fil-protesti, il-pulizija kellha tintervjeni biex iżżomm l-ordni. Il-Kap tal-belt Carrie lam attendiet iċ-ċerimonja annwali tal-tlugħ tal-bandiera ċiniża waqt li l-pulzija kellha tuża l-pepper spray biex tikkontrolla d-demostranti.

Miljun ipprotestaw fil-ġimgħat li għaddew fuq l-abbozz ta’ liġi dwar l-estradizzjoni li kien se jippermetti li persuni f’ Hong Kong jingħataw liċ-Ċina biex jibdew ġuri.

Carrie qed tiffaċċja sejħiet għar-riżenja tagħha u follol kbar mistennija  jattendu id-demostrazzjoni annwali favur id-demokrazija li se ssir aktar tard illum.