Protesti għal-libertà f’Ħal Safi

Miguela Xuereb

Read in English.

Persuni li qed jinżammu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi pprotestaw kontra l-mod kif qed jinżammu. Din mhix l-ewwel protesta tat-tip fl-aħħar ġimgħat.

Ritratti: Għajjat, nar u storbju fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi

Strixxun bil-kelma ‘ħelsien’ iddendel ma’ ħajt. Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-protesta, deskritta bħala pjuttost kalma, ġiet fi tmiemha kmieni waranofsinhar.

F’Settembru, grupp ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi appellaw lill-Gvern biex jalloka riżorsi biex jissaħħu dawn iċ-ċentri f’Malta sabiex persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil ikollhom postijiet addattati. L-NGOs kemm-il darba appella biex dawk li qed jinżammu f’detenzjoni illegalment jinħelsu.

Eħilsu lil dawk li qed iżżommu illegalment f’detenzjoni – NGOs lill-Gvern

L-għaqdiet qalu li l-liġi nazzjonali tippermetti lill-awtoritajiet tas-saħħa biex jillimitaw il-moviment ta’ persuna għal screening mediku għal perjodu li ma jaqbiżx l-erba’ ġimgħat. Il-perjodu jista’ jiġi estiż sa għaxar ġimgħat biex jiġu ffinalizzati t-testijiet neċessarji.