Protesti fl-Istati Uniti għal aktar kontroll fuq il-bejgħ tal-armi tan-nar

Bħalissa jinsabu għaddejjin protesti kbar immexxija minn studenti fl-Istati Uniti biex ikun hemm aktar kontroll fuq il-bejgħ tal-armi tan-nar.
Id-dimostranti qed jużaw is-slogan “March For Our Lives” u bdew minn moviment li kien qed jitlob bidla wara li 17-il persuna inqatlu fi skola fi Florida x-xahar li għadda.
Il-BBC qalet li qed tistenna li madwar 500,000 persuna jipparteċipaw fid-dimostrazzjoni ta’ Washington DC.
Madwar 800 protesta simili qed issir madwar l-Istati Uniti u madwar id-dinja.
Dimostrazzjonijiet ta’ solidarjetà ġew organizzati f’Londra, Edinburgh, Sydney, u Tokyo fost l-oħrajn.