Protesti fl-Eġittu – vjolenza u qtil

Mill-inqas persuna inqatlet wara li qamet rewwixta sħiħa kontra deċiżjoni tal-Qorti Eġizzjana.

Il-Qorti kkonfermat is-sentenzi ta’ mewt għal 21 persuna wara l-vjolenza li seħħet f’logħba ta’ futbol.

F’din il-logħba bejn it-timijiet Al Masry u Al Ahly, mietu 74 persuna. Ħafna qed jippontaw subajhom lejn il-Pulizija u jgħidu li dawn kienu siekta waqt li l-ġlied wara l-logħba baqa’ għaddej.