Protesti fit-toroq fil-Ġermanja kontra u favur l-Iżlam

Rekord ta’ madwar 25,000 ruħ fi Dresden fil-Ġermanja niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-Iżlam, wara dak li seħħ f’Pariġi l-ġimgħa li għaddiet.
Id-dimostranti sfidaw appelli minn politiċi Ġermaniżi biex joqgħodu ’l bogħod minn protesti organizzati mill-għaqda Pegida u ma jużawx dak li seħħ fi Franza bħala attakk fuq il-Musulmani.
Imma fl-istess ħin ta’ Dresden, f’inħawi oħra tal-Ġermanja, kien hemm eluf oħra li wkoll niżlu fit-toroq kontra l-organizzazzjoni anti-Iżlamista.
Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, iktar tard illum, mistennija tingħaqad ma’ Musulmani fil-Ġermanja li se jipprotestaw f’Berlin.