Protesti fir-Repubblika Ċeka dwar in-nomina tal-ministru għall-ġustizzja

Eluf madwar ir-Repubblika Ċeka ħarġu jipprotestaw kontra n-nomina tal-ministru għall-ġustizzja hekk kif qed jibżgħu li jista’ jintervjeni fil-każijiet kriminali li jinvolvu l-prim ministru.

Il-President Milos Zeman se jkun qed jappunta lil Marie Benesova wara li predeċessur tagħha rriżenja. Babis, miljunarju u negozjant fil-midja u l-kimika, repetuttivament ċaħad li wettaq xi imġieba ħażina u sejjaħ l-allegazzjonijiet miġjuba kontrih bħala plott biex jaqilgħuh ‘l barra mill-politika.

Il-pulizija Ċeka qalet li Babis u oħrajn għandhom jitressqu quddiem il-qorti għall-allegat frodi li jinvolvi l-immaniġjar ta’ 2 miljun ewro mogħtija f’sussidju mill-Unjoni Ewropea. B’dawn l-akkużi, il-Prim Ministru Ċek jista’ jeħel sa 10 snin ħabs.