Protesti fir-Renju Unit kontra l-proposta ta’ Boris Johnson

FILE PHOTO: Julian Simmonds

Eluf ta’ persuni qed jipprotestaw id-deċiżjoni tal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson sabiex jissospendi l-Parlament fiż-żmien meta suppost jitkomplew id-diskussjonijiet dwar Brexit.

Għexieren ta’ persuni qed jipprotestaw fit-toroq ta’ Manchester, Leeds, York u Belfast. Intant, partijiet minn Londra jidher li spiċċaw f’waqfien totali.

Aqra: Aġġornata: Ir-Reġina se tissospendi l-Parlament f’Settembru

Intant, gruppi iżgħar qed jipprotestaw il-kontra, fejn qed juru l-appoġġ tagħhom lill-Prim Ministru Ingliż f’Westminster.

Il-pjan ta’ Johnson li jwaqqaf il-Parlament wassal għal kritika qawwija minn bosta Membri Parlamentari u persuni li jopponu Brexit mingħajr ftehim wara li ħabbar id-deċiżjoni tiegħu nhar l-Erbgħa li għadda.

Aqra: Boris Johnson jgħid li mhux veru qed jevita negozjati mal-UE

Jekk il-waqfa tal-Parlament issir, il-Parlament se jgħalaq għal 23 ġurnata. Kritiċi qalu li din il-waqfa hija waħda kontroversjali hekk kif hija wisq viċin tad-data ta’ skadenza ta’ Brexit li hija l-31 ta’ Ottubru.