Protesti fil-Portugall minħabba l-miżuri t’awsterità

Mijiet t’ eluf ta’ persuni qed jieħdu sehem fi protesti fil-Portugal bil-għan li jipprotestaw kontra l-miżuri t’awsterità li qed idaħħal il-Gvern. Diversi persuni li qed jipprotestaw inġabru fil-kapitali Lisbona u qed jitolbu lill-Gvern sabiex jirriżenja.

Dan hekk kif il-gvern konservattiv introduċa numru ta’ miżuri bil-għan li jipprova jnaqqas id-defiċit qawwi tal-pajjiż. Il-qgħad fil-Portugal laħaq rekord ta’ 18% u tul din is-sena, l-ekonomija Portugiża mistennija tiċkien bi 2%.

Hu mifhum li fost il-gruppi li qed jipprotestaw hemm anke ħaddiema mis-settur tas-saħħa. Hu mifhum li organizzaturi qalu li matul il-jum tas-Sibt kien hemm mal-500,000 persuna jipprotestaw fit-toroq.