Protesti fil-Burkina Faso kontra l-armata

Il-partiti fl-Oppożizzjoni u gruppi ċivili fil-Burkina Faso illum sejħu għall-prostesti kontra l-armata wara li l-bieraħ din ħadet il-kontroll tal-pajjiż minħabba r-riżenja tal-President Blaise Compaore.
Huma qalu li l-proċess ta’ transizzjoni għandu jkun f’idejn il-poplu u m’għandhux ikun maħtuf mill-armata.
Il-President Compaore rriżenja minħabba diversi dimostrazzjonijiet kontrih wara li prova jibdel il-kostituzzjoni biex itawwal iż-żmien biex jibqa fil-kariga.
Huwa ħarab mill-pajjiż lejn l-Ivory Coast.