Protesti fil-Belarussja wara l-elezzjoni Presidenzjali

Ritratt: Twitter

Read in English.

Il-Pulizija fil-Belarussja kellhom jisparaw l-ilma u gass tad-dmugħ biex iferrxu għadd ta’ dimostranti li niżlu fit-toroq tal-kapitali Minsk ftit wara li sar magħruf li l-President Lukashenko kien mistenni jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali tal-Belarus. 

L-ewwel exit poll kienet qed turi li Lukashenko kien mistenni jġib 80% tal-appoġġ ta’ dawk li pparteċipaw f’din l-elezzjoni. 

L-eluf ta’ dimostranti li ħadu sehem fil-protesti urew l-għadab tagħhom għar-riżultat elettorali filwaqt li esprimew l-appoġġ tagħhom għal kandidati tal-oppożizzjoni. 

Alexander Lukanshenko affaċċja waħda mill-akbar sfidi minn kandidati tal-oppożizzjoni fl-aħħar snin.

Ir-reazzjoni minn naħa tal-awtoritajiet għal protesti, pjuttost eċċessiva, tista’ tkun detrimentali għall-isforzi li l-Lukashenko kien qed jagħmel biex jitqarreb mal-punent. 

Huwa akkuża lill-kandidati tal-oppożizzjoni li kienu qed jikkonfoffaw kontra l-gvern tiegħu biex jiddistablizzaw il-pajjiż.