Protesti fi Spanja wara li kien allegat li l-Prim Ministru aċċetta xi ħlasijiet

Fi Spanja, ingħata bidu għal diversi protesti u dan minkejja li l-Prim Ministru Mariano Rajoy ċaħad għajdut li hu u xi membri oħra tal-partit tiegħu aċċettaw ħlasijiet bil-moħbi.

Filwaqt li saħaq li mhux se jirriżenja mill-kariga, l-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy żied jgħid li qatt ma rċieva flus mhux dikjarati u dan wara li petizzjoni online waslet biex inġabru aktar minn 740, 000 firma.

Hu mifhum li ġurnal Spanjol allega li l-Prim Ministru ingħata aktar minn €25,000 fis-sena bejn l-1997 u l-2008.

Il-dimostranti fit-toroq ewlenin f’Madrid, Barcelona u Seville kif ukoll f’diversi postijiet oħra madwar Spanja talbu r-riżenja tal-Prim Ministru hekk kif fost l-oħrajn anke ġarrew kartelluni li jgħidu li issa l-Prim Ministru għandu jħallas għall-korruzzjoni, b’sentenza ta’ ħabs.