Protesti fi Franza kontra ż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess

F’Pariġi, eluf ta’ persuni ħarġu jipprotestaw għall-aħħar darba kontra l-abbozz ta’ liġi li ż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess jiġi llegalizzat u anke dwar il-fatt li jkunu jistgħu jaddottaw.

Diversi dimostranti ħarġu fit-toroq u saħasistra imlew toroq sħaħ minn l-Arc de la Defense sal-Arc de Triomphe. Hu rrappurtat ukoll li l-Pulizija kellha tuża l-gas tad-dmugħ.

Is-Senat Franċiż mistenni jiddibatti l-abbozz ta’ liġi x-xahar id-dieħel, hekk kif dan l-abbozz diġa kiseb l-approvazzjoni tal-parlament.

Hu mifhum li l-maġġoranza tal-poplu Franċiż jaqbel maż-żwieġ tal-istess stess, iżda l-istess stħarriġ tal-opinjoni pubblika juri li f’dawn l-aħħar ġimgħat, in-nies favur naqsu drastikament.