Protesti fi Franza kontra l-għoli fil-fjuwil

People wearing yellow vests, a symbol of a French drivers' protest against higher fuel prices, gather to block the ring road in Paris, France, November 17, 2018. REUTERS/Charles Platiau

Eluf ta’ persuni f’ Franza ħolqu kaos fit-toroq meta ħarġu jipprotestaw kontra prezzijiet ogħla tal-fjuwil, billi ħolqu roadblocks twal, diversi inċidenti u saħansitra fatalita’.

Għexiren tal-persuni weġgħu meta sewwieq prova jidħol bil-karrozza ġol-folla waqt li l-protesti mlaqqma tal-ġakketta safra għall-fatt li kollha kienu lebsin vest safra nieżlu fil-motorways u imblukkaw tunnels kif ukoll l-aċċess tal-arjuport.

Id-demostrazzjonijiet li tnebħu mill-kampanja fuq il-mezzi soċjali dwar l-għoli fil-prezzijiet tal-fjuwil kif ukoll tgergir li n-nies naqsulhom il-flus fl-idejn.

Millinqas 227 persuna weġġgħet matil Franza kollha, six minnhom serjament waqt li hu stmat li iktar minn kwart ta’ miljun ħadmu sehem fil-protesti tas-Sibt.