Protesti f’Basra, l-Iraq iħallu persuna mejta u 25 oħra feruti

Reuters

Persuna mietet u 25 ruħ oħra weġġgħu lbieraħ bil-lejl fit-tielet lejl konsekuttiv ta’ protesti u skontri vjolenti mal-forzi tas-sigurtà fil-Belt Iraqqina ta’ Basra. Skont sorsi lokali tas-saħħa, sigurtà u drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, l-inkwiet infirex lejn il-port ewlieni tal-Iraq.

Fin-naħa ta’ Isfel tal-Iraq fejn tinsab il-maġġoranza tax-Xiti, inqala’ ħafna inkwiet fil-ġimgħat reċenti peress li persuni li kienu qed jipprotestaw esprimew ir-rabja tagħhom dwar infrastruttura li qed tiġġarraf, qtugħ ta’ dawl u korruzzjoni.

Residenti f’Basra, belt ta’ aktar minn 2 miljun ruħ, jirrakkuntaw li l-provvista tal-ilma saret imniġġsa bil-melħ, u qed tikkawża li jkunu vulnerabbli u ddisprati fix-xhur sħan tas-sajf. Mijiet ta’ nies ittieħdu l-isptar wara li xorbu minn dan l-ilma.