Protesti f’Ruma kontra t-trasferiment ta’ immigranti

Fit-tramuntana ta’ Ruma, fl-Italja, residenti rvellaw kontra xarabank li kienet qed iġġorr madwar 20 immigranti irregolari.
Huma mblukkaw it-triq, qabbdu xi saqqijiet, tefgħu fliexken kontra x-xarabank u nsulentaw lill-persuni fuq ġewwa għax ma jridux lill-immigranti jiġu trasferiti f’dik li kienet skola fl-inħawi.
Fl-irvellijiet, xi uffiċjali tal-Pulizija spiċċaw indarbu.
Kellhom jintużaw il-lembubi biex jikkalmaw lill-ġemgħa.