Protesti f’Delhi relatati ma’ stupru ta’ tifla

Il-Kapitali Indjana Delhi terġa’ tissemma’ fl-aħbarijiet u għal darba oħra, fi storja relatata ma’ stupru vjolenti.

Tifla ta’ seba’ snin sfat stuprata waqt li kienet l-iskola. Ammont kbir ta’ nies inġabbru barra l-isptar fejn qed tiġi rikoverata t-tifla. Ftit tal-ġimgħat ilu, din l-istess belt rat aktar protesti relatati ma stupru li sar fuq tfajla ta’ 23 sena.