Protesta nazzjonali oħra f’Tas-Sliema nhar il-Ħadd

In-Netwerk tas-Socjetà Ċivili qed torganizza t-tieni dimostrazzjoni bit-tema Ġustizzja.
Id-dimostrazzjoni se ssir il-Ħadd li ġej fl-4pm, u se timxi minn ħdejn Għar id-Dud u x-Chalet lejn Triq Amery f'Tas-Sliema.
In-Netwerk tas-Socjetà Ċivili qalet fi stqarrija li qed tinsisti għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali, u li l-persuni li jinħatru warajhom jiġu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-parlament.
In-Netwerk saħqet ukoll li d-dimostrazzjoni, għal darb’oħra, mhix ser tkun waħda partiġġana, u li l-kelliema għandhom jitħabbru dalwaqt.
Temmet tgħid li filwaqt li materjal ta' partiti politici jew kontrihom huma pprojbiti, kulħadd mistieden jattendi għad-dimostrazzjoni, inkluż mexxejja tal-partiti u membri parlamentari, li għandhom jimxu mal-folla u mhux quddiemha.