Protesta nazzjonali fid-daħla tal-Belt nhar il-Ħadd

Se ssir dimostrazzjoni nazzjonali min-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili bit-tema Ġustizzja.
Id-dimostrazzjoni se ssir il-Ħadd li ġej fl-4pm fid-daħla tal-Belt Valletta, u n-netwerk qed jinkuraġġixxi lill-pubbliku, l-għaqdiet mhux governattivi kollha, il-partiti politiċi u l-organizzazzjonijiet l-oħra tas-soċjetà ċivili biex jattendu.
Il-pubbliku mħeġġeġ iġib miegħu l-bnadar ta’ Malta.
Ritratt: Ian Noel Pace