Protesta mill-immigranti ta’ Ħal Far matul il-lejl

Miguela Xuereb

Matul il-lejl li għadda f’Ħal Far kien hemm għaddejja protesta mill-immigranti li jridu l-ħelsien.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-protesta bdiet ilbieraħ filgħaxija u baqgħet sejra mal-lejl. Qal li iżda issa kienet ikkontrollata.

Spjega li filwaqt li kien hemm xi tkissir, ħadd ma ndarab waqt din il-protesta.