Aġġornata: Protesta matul il-lejl mill-immigranti f’Ħal Safi

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għall-ħabta tat-tlieta, ġie rrappurtat li numru ta’ immigranti kienu qed jipprotestaw fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni f’Ħal Safi.

Fuq il-post kellhom imorru s-suldati tal-Forzi Armati kif ukoll il-Pulizija minħabba li kważi 30 immigrant ipprova jaħrab miċ-Ċentru.  L-immigranti attakkaw lill-pulizija u lis-suldati billi tefgħu l-ġebel, misħun u oġġetti oħra.

Waqt ir-rewwixta weġġa’ ħafif uffiċċjal tad-detenzjoni.

Jidher li l-immigranti qalgħu xi knaten u anke kissru xi biċċiet ta’ għamara li hemm fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni.

Għadu mhux magħruf għaliex bdiet il-protesta imma jirriżulta li s-sitwazzjoni qed iddur dwar mal-kwistjoni jekk l-Eritrejani jitqisux bħala refuġjati.