Protesta f’Londra kontra l-miżuri tal-coronavirus

Eluf ta’ persuni ħarġu jipprotestaw f’Londra kontra r-restrizzjonijiet tal-coronavirus u kontra vaċċin li jingħata lil massa kbira ta’ nies.

Il-protesta saret fi Trafalgar Square u attirat lil persuni li huma xettiċi dwar il-coronavirus, li jaħsbu li dan huwa vvintat mill-politiċi.

Dawk li attendew il-protesta appellaw biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-miżuri biex jintlibsu l-maskri. Huma ddeskrivew il-coronavirus bħala scam.

Fost dawk preżenti kien hemm Piers Corbyn, ħu l-eks Mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn.

Protesti ta’ din ix-xorta mhumiex isiru fl-Ingilterra biss, imma anke f’Berlin fil-Ġermanja, fejn ilbieraħ ħarġu jipprotestaw kontra l-miżuri tal-coronavirus imposti madwar 18,000 persuna.