Aġġornata 2: Filmat: Pulizija mweġġa’, 3 karozzi jieħdu n-nar

Read in English.

Matul il-lejl li għadda, il-Pulizija tal-RIU ssejħu f’Ħal Far wara li skont rapporti fil-midja, madwar elf immigrant miżmum fiċ-ċentru miftuħ, ħadu sehem fi protesta organizzata.

Sorsi li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li tliet immigranti ppruvaw jidħlu fil-magħruf villaġġ tat-tined waqt li kienu qed jixorbu l-alkoħol. Huma twaqqfu fil-bieb minn uffiċjal tas-sigurtà.

Ir-rapporti jindikaw li l-persuni ħarġu miċ-Ċentru u bdew jipprotestaw. Hu mifhum li l-Pulizija ssejħu minħabba l-istorbju, tant li wħud ġew arrestati. Mhux magħruf kemm kien hemm persuni li ħadu sehem fil-protesta, iżda kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm għadd konsiderevoli.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li kien hemm pulizija wieħed li ġarrab ġrieħi ħfief. Il-Pulizija qal li waqt il-protesta tqabbdu tliet karozzi u karozza oħra ġarrbet xi ħsarat żgħar. Il-ħames karozza li ġarrbet xi ħsarat kienet tal-Pulizija.

Din mhux l-ewwel darba li kien hemm protesta ta’ dan it-tip. Fil-ġimgħat li għaddew ġew organizzati numru ta’ protesti fiċ-ċentru ta’ Ħal Safi.

“Irridu l-libertà” – Protesta mill-immigranti f’Ħal Safi

Immigranti jipprotestaw mill-ġdid f’Ħal Safi