Prostituta ħatja li serqet kartiera ta’ raġel

Donna Camilleri nstabet ħatja b’prostituzzjoni u li serqet il-kartiera ta’ raġel li fiha kien hemm €80.
Hija nstabet ħatja bi prostituzzjoni u li kisret kundizzjonijiet imposti fuqha minn sentenzi oħra tal-Qorti. 
Il-każ kien seħħ f’Settembru tas-sena li għaddiet meta r-raġel kien ftiehem ma’ Camilleri li jħallasha €20.
Ġara li f’mument minnhom feġġ raġel ieħor li qabdu minn għonqu sakemm it-tfajla serqitlu l-kartiera.
Ir-raġel l-ieħor ġie lliberat minħabba li ma kienx hemm biżżejjed provi kontrih. 
Camilleri ngħatat is-sentenza ta' tliet snin priġunerija.