Prosit xorta lit-tfajliet Maltin

Ġiet fi tmiemha l-avventura pożitiva tat-tfajliet Maltin involuti fi Grupp 2 ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2017.
Malta wara li għelbet lill-Andorra u lill-Ġorġja 5-3 u 2-1 rispettivament, sfat megħluba mill-Gżejjer Faroe bl-iskor ta’ 4-2.
Fl-ewwel taqsima, l-Maltin kienu b’żewġ gowls minn taħt skurjati minn Andreasen fit-13-il minuta u żewġ minuta wara minn Simonsen.
Fit-tieni taqsima l-Maltin kienu ferm determinati, tant li ġabu d-dro permezz ta’ Carabott u Borg fid-39 u fid-49 minuta rispettivament.
Il-Maltin xorta baqgħu jemmnu sal-aħħar, iżda fl-aħħar Sevdal tat ir-rebħa lil pajjiżha b’doppjetta personali fit-53 u fid-90 minuta.
Il-Gżejjer Faroe għamluha għar-rawnd li jmiss għaliex rebħu żewġ logħbiet bħall-Ġorġja imma skurjaw żewġ gowls aktar.

Ritratt: Tano Magro